Data tal-għeluq

15   11   2011  

Programm Satellitari Galileo

L-Ewropa qed toħloq is-sistema ta’ navigazzjoni satellitari tagħha stess, bl-isem ta' l-Programm Galileo. Is-Satelliti tal-Programm Galileo se jintużaw biex inkunu nistgħu nkunu nafu eżatt fejn persuna jew oġġett jinsab fid-dinja. Dan il-programm se jiżgura li l-Ewropa jkollha rwol prinċipali fil-qasam tat-teknoloġiji rrelatati mal-ispazju. Dan se jfisser ukoll li s-sinjali ta’ navigazzjoni bis-satellita se jkunu disponibbli anki jekk jinqalgħu problemi ta’ ħsara f’sistemi oħra bħas-sistema GPS Amerikana.

Li tkun magħrufa l-pożizzjoni eżatta ta’ persuna, jew ta’ oġġett bħal pereżempju tren jew bastiment jista’ jkun utli għal ħafna affarijiet, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni lil piloti ta’ ajruplani jew lil kaptani ta’ bastimenti biex dawn ma jsibux ruħhom wisq qrib xulxin, l-għoti ta' għajnuna lil persuni biex isuqu lejn post ġdid, l-għoti ta’ informazzjoni lil netwerks tal-mowbajls sabiex jaħdmu kif suppost, li jiġi żgurat li l-elettriku jasal fejn għandu jasal, l-għoti ta’ indikazzjonijiet lil ambulanzi u lil fire engines biex isibu lill-persuni li jeħtieġu l-għajnuna tagħhom, eċċetera. Filfatt, ħafna affarijiet illum isiru, jew isiru b’mod aktar effettiv, permezz ta’ sinjali ta' navigazzjoni bis-satellita!

Il-Programm Galileo se jibda jtella’ fl-ispazju millinqas 27 satellita li se jiffurmaw kostellazzjoni li se tkun qed iddur madwar id-dinja minn aktar minn 20,000 km 'il bogħod mid-Dinja. L-ewwel żewġ satelliti huma ppjanati li jittellgħu fl-ispazju lejn l-aħħar tliet xhur tal-2011, permezz ta’ rokit. Waħda minn dawk is-satelliti se tkun imsemmija għal tifel jew tifla li jgħix jew tgħix il-Belġju waqt li oħra se tkun imsemmija għal tifel jew tifla li jgħix jew tgħix il-Bulgarija. Il-satelliti li jmiss ukoll se jingħataw l-isem ta’ tifel jew tifla minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Ħu sehem fil-kompetizzjoni u ssir sostenitur attiv ta’ din l-avventura kbira!