Data tal-għeluq

15   11   2011  

Avviż Legali Importanti

  • Fil-Kompetizzjoni jistgħu jieħdu sehem it-tfal kollha li jgħixu f'Malta, u li twieldu fl-2000, fl-2001 jew fl-2002.
  • Kull parteċipant jista' jippreżenta tpinġija waħda. Din għandha tkun relatata mat-tema ‘ l-Ispazju u l-Aeronawtika’.
  • Il-kompetizzjoni se tkun miftuħa mill-1 ta’ Settembru sal-15 ta’ Novembru 2011. It-tpinġijiet kollha għandhom jaslulna bejn dawn id-dati.
  • It-tpinġijiet se jiġu ġġudikati minn ġurija nazzjonali, skont ir-rilevanza tagħhom għat-tema tas-suġġett partikolari, l-oriġinalità tal-espressjoni u l-livell ta’ estetika artistika.
  • Il-parteċipanti kollha għandhom jirreġistraw għall-kompetizzjoni billi jimlew il-formola uffiċjali għall-parteċipazzjoni.
  • Ix-xogħlijiet kollha li jiġu ppeżentati jridu jkunu saru mill-parteċipanti stess.
  • Il-parteċipanti kollha jridu jagħtu l-permess tagħhom biex il-Kummissjoni Ewropea tuża x-xogħol artistiku tagħhom b’konnessjoni mal-Programm Satellitari Galileo.
  • Impjegati tal-Istituzzjonijiet Ewropej - inklużi aġenziji u delegazzjonijiet - u l-familji tagħhom ma jistgħux jieħdu sehem.
  • Ir-rebbieħ minn kull pajjiż parteċipant se jkollu satellita tal-Programm Galileo msemmija għalih. Huwa mistenni li s-Satelliti tal-Programm Galileo jittellgħu fl-ispazju f’fażijiet separati sa mill-2011, sa meta l-kostellazzjoni tkun kompluta.
  • Ma hemm l-ebda alternattiva finanzjarja għall-premju.
  • Biex wieħed jieħu sehem fil-kompetizzjoni ma għandu jħallas l-ebda miżata.
  • Id-deċiżjoni hija finali