Data tal-għeluq

15   11   2011  

Merħba fil-Kompetizzjoni tat-Tpinġija Galileo!

Nilqgħuk fil-Kompetizzjoni tat-Tpinġija Galileo - dan huwa ċ-ċans tiegħek li jkollok Satellita tal-Programm Galileo msemmija f'ismek u mtella' fl-ispazju!

Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni għandek toħloq stampa li tirrappreżenta "l-Ispazju u l-Aeronawtika". Dan jinkludi affarijiet bħal stilel, rokits, pjaneti u satelliti. X’iżjed taħseb li jista’ jkun hemm fl-Ispazju?

Tista’ toħloq l-istampa tiegħek billi tuża kwalunkwe teknika ta’ tpinġija jew pittura li tixtieq. Tista’ tuża kull xorta ta' materjal bħal żebgħa, felt tips, lapsijiet, kolla jew glitter. L-aqwa li tuża ammont kbir ta’ immaġinazzjoni!

Imbagħad tella' l-istampa tiegħek hawn. Tista’ tagħmel dan billi tiskannja l-istampa tiegħek jew billi tieħu ritratt diġitali tagħha. Tista’ ssib għajnuna biex tagħmel dan mingħand il-ġenituri jew l-għalliema tiegħek, jew mil-librerija lokali tiegħek. Tista’ tieħu sehem bi tpinġija waħda biss. Mela kun ċert li dik li tagħżel tkun il-favorita tiegħek.

Għandek ittella' l-istampa tiegħek bejn l-1 ta' Settembru u l-15 ta' Novembru 2011.

Wara, Bord ta’ Ġurija Nazzjonali jagħżel l-istampa rebbieħa. Ir-rebbieħ imbagħad jiġi mistieden għal ċerimonja fejn jingħata ċertifikat u trofew, li jkun jista’ jżomm, u li jirrappreżenta s-satellita li tkun se tiġi msemmija warajh.

Jekk inti toqgħod Malta, u twelidt fl-2000, fl-2001 jew fl-2002, tista' tieħu sehem fil-kompetizzjoni.

Hu sehem fil-kompetizzjoni

arrow  Irreġistra hawnhekk!